Id-direttiva tal-kummissjoni




Download 20.67 Kb.
Sana31.07.2021
Hajmi20.67 Kb.
#16396

ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI



tat-2 ta’ Mejju1980
li tawtorizza, f’ċerti każi, il-marketing ta’ tgħam kompost f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati
(80/511/KEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat d-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE tal-21 ta' April 1979 fuq il-marketing ta’ tgħam kompost għall-annimali (1), u partikolarment l-Artikolu 4 (1) tagħha,
Billi skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva msemmija hawn fuq it-tgħam kompost irid ġeneralment jkun marketed f’pakketti jew reċipjenti ssiġillati; billi, madankollu, derogi minn din ir-regola jistgħu jkunu mogħtija fil-livell tal-Komunità;
Billi l-liġijiet preżentament fis-seħħ fl-Istati Membri jipprovdu ċertu eżenzjonijiet mill-obbligu li tqiegħed fis-suq tgħam kompost f’pakketti jew reċipjenti ssiġillati; billi, għalhekk, sabiex tħaffef l-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet tad-Direttiva73/373/KEE derogi li jidhru ġustifikati għal raġunijiet prattiċi jew ekonomiċi għandhom ikunu mogħtija fuq il-livell tal-Komunità;
Billi, biex jiġi żgurat li l-identità u l-kwalità tat-tgħam kompost huwa konformi mad-disposizzjonijiet tat-tikketti fis-seħħ, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni bejn dawk il-każijiet fejn, b’deroga mid-disposizzjonijiet preżenti, it-tgħam kompost jista’ jinbigħ fis-suq bil-massa jew f’reċipjenti mhux issiġillati minn dawk il-każijiet fejn jistgħu jinbiegħu fis-suq jew bil-massa jew f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati;
Billi l-miżuri li hemm provdut għalihom f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tat-Tgħam,
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1
1. l-Istati Membri għandhom jippreskrivu li t-tgħam kompost jista’ jinbiegh fis-suq bil-massa jew f’pakketti jew reċipjenti mhux issiġillati fil-każ ta’:
(a) kunsinni bejn produtturi ta’ tgħam kompost;
(b) kunsinni minn produtturi ta’ tgħam kompost lil ditti ta’ l-imballar;
(ċ) tgħam kompost miksub mit-taħlita ta’ qamħ jew ta’ frott sħiħ;
(d) blokki jew licks;
(e) kwantitajiet żgħar ta’ tgħam kompost li ma jaqbiżx 50 kilogramma fit-toqol li jkunu maħsuba għall-aħħar persuna li ser tużah u huma meħuda direttament minn pakkett jew reċipjent li qabel ma infetħu kienu konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 (1) tad-Direttiva 79/373/KEE.
2. L-Istati Membri għandhom jippreskrivu li t-tgħam kompost jista’ jinbiegh fis-suq bil-massa jew f’ reċipjenti mhux issiġillati, imma mhux f’pakketti li ma humiex issiġillati, fil-każ ta’:
(a) tgħam kompost kunnsinnat direttament mill-produttur lil l-aħħar persuna li ser tużah;
(b) tgħam ġuleppjat kompost minn mhux aktar minn tlett ingredjenti;
(ċ) tgħam imgerbeb.

Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva b’effett mill-1 ta' Jannar 1981 u għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Mejju 1980.
Għall-Kummissjoni
Finn GUNDELACH
Viċi-President


1 ĠU Nru L 86, 6.4.1979, p. 30.


Download 20.67 Kb.




Download 20.67 Kb.