Id-direttiva tal-kunsill tat-2 ta’ april 1979 DWAR IL-MARKETING ta’ GĦalf kompost




Download 126.61 Kb.
Sana01.04.2020
Hajmi126.61 Kb.

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

TAT-2 TA’ APRIL 1979

DWAR IL-MARKETING TA’ GĦALF KOMPOST

(79/373/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

WARA LI KKUNSIDRA T-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA, U B’MOD PARTIKOLATI L-ARTIKOLI 43 U 100 TIEGĦU,

WARA LI KKUNSIDRA IL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI 1,

WARA LI KKUNSIDRA L-OPINJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW 2,

WARA LI KKUNSIDRA L-OPINJONI TAL-KUNSILL EKONOMIKU U SOĊJALI 3 ,

BILLI L-PRODUZZJONI TA’ BHEJJEM MIŻMUMA F’RAZZETT GĦANDHA POŻIZZJONI MPORTANTI ĦAFNA FL-AGRIKOLTURA TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA; BILLI RIŻULTATI SODISFAĊJENTI JIDDEPENDU FIL-PARTI L-KBIRA FUQ L-UŻU TA’ GĦALF ADDATTAT U TA’ KWALITA TAJBA;

BILLI R-REGOLI LI JIRREGOLAW L-GĦALF HUMA MPORTANTI BIEX TIŻDIED IL-PRODUTTIVITÀ AGROKOLA, MINĦABBA R-RWOL IMPORTANTI LI GĦANDU L-GĦALF KOMPOST F’DAN IR-RIGWARD;

BILLI, META JIĠU STABBILITI REGOLI GĦAT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ TA’ GĦALF KOMPOST, GĦANDU JIĠI ŻGURAT LI DAK L-GĦALF IKOLLU EFFETT FAVOREVOLI FUQ IL-PRODUZZJONI TA’ BHEJJEM MIŻMUMA FL-IRZIEZET; BILLI L-GĦALF GĦANDU GĦALHEKK IKUN SUSTANZJUŻ, MHUX IMĦALLAT U TA’ KWALITA LI JISTA’ JINBIEGĦ; BILLI M’GĦANDUX IKUN TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMAL JEW TAL-BNIEDEM U LANQAS GĦANDU JITQIEGĦED FUQ IS-SUQ B’MOD LI JISTA’ JQARRAQ;

BILLI HUWA MEĦTIEĠ LI MIN JUŻAH JINGĦATA TAGĦRIF EŻATT U BIS-SENS DWAR L-GĦALF KOMPOST GĦAD-DISPOSIZZJONI TIEGĦU; BILLI, GĦALHEKK, TA’ L-ANQAS IL-LIVELLI TAL-KOSTITWENTI ANALITIĊI LI JKOLLFOM EFFETT DIRETT FUQ IL-KWALITÀ TA’ L-GĦALF GĦANDHOM JIĠU DIKJARATI;

BILLI, SAKEMM JIĠU ADDOTTATI AKTAR DISPOSIZZJONIJIET, HUWA MEĦTIEĠ, MINĦABBA L-PRASSI EŻISTENTI F’ĊERTI STATI MEMBRI, LI JIĠI STABBILIT TEMPORANJAMENT LI L-AMMINISTRAZZJONIJIET NAZZJONALI JEĦTIEĠU DIKJARAZZJONI AKTAR SĦIĦA DWAR IL-KOMPOŻIZZJONI TA’ L-GĦALF, FIR-RIGWARD KEMM TAL-KOSTITWENTI ANALITIĊI U L-INGREDJENTI; BILLI DAWK ID-DEIKJARAZZJONIJIET JISTGĦU JIĠU MEĦTIEĠA BISS KIF TIPPROVDI DIN ID-DIRETTIVA;

BILLI, BARRAMINNHEKK, IL-PRODUTTURI KOLLHA TA’ L-GĦALF GĦANDHOM IKUNU JISTGĦU JURU FUQ IT-TIKKETTI TAGĦHOM ĊERTU TAGĦRIF LI JKUN UTLI GĦAX-XERREJ; BILLI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM UKOLL IŻOMMU D-DRITT LI JAWTORIZZAW LILL-PRODUTTURI SABIEX JIPPROVDU AKTAR TAGĦRIF;

BILLI, SAKEMM JIĠU ADDOTTATI DISPOSIZZJONIJIET TAL-KOMUNITÀ, L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU, JEKK IR-REGOLAMENTI TAGĦHOM IKUN FIHOM DAWN IL-LIMITAZZJONIJIET META DIN ID-DIRETTIVA TIĠI ADDOTTATA, IKOMPLU JEĦTIEĠU LI L-GĦALF KOMPOST IMQIEGĦED FUQ IS-SUQ FIT-TERRITORJI TAGĦHOM IKUN MANIFATTURAT MINN ĊERTI INGREDJENTI JEW LI JKUN ĦIELES MINN ¬ERTI INGREDJENTI;

BILLI, SAKEMM IL-METODI TAL-KOMUNITÀ MA JKUNUX GĦADHOM ĠEW STABBILITI, L-ISTATI MEMBRI MA JKUNUX KAPAĊI LI JEĦTIEĠU JEW JIPPERMETTU LI L-VALURI TA’ ENERĠIJA JKUNU INDIKATI KEMM-IL DARBA DAN MA JKUNX MEĦTIEĠ JEW PERMESS FIT-TERRITORJI TAGĦHOM META DIN ID-DIRETTIVA TIĠI ADDOTTATA;

BILLI, SABIEX TINGĦATA PROTEZZJONI BIŻŻEJJED LIX-XERREJJA, L-GĦALF KOMPOST GĦANDU NORMALMENT JITQIEGĦED FUQ IS-SUQ F’PAKKETTI JEW F’KONTENITURI SSIĠILLATI; BILLI JIDHER MEĦTIEĠ, MADANAKOLLU, LI JIĠU PERMESSI EĊĊEZZJONIJIET GĦAL DIN IR-REGOLA F’ĊERTI ĊIRKOSTANZI SPEĊJALI LI GĦANDHOM JIĠU DEFINITI MILL-KOMUNITÀ;

BILLI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JIŻGURAW LI L-GĦALF KOMPOST LI JISSODISFA D-DISPOSIZZJONIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA MA JKUNX SUĠĠETT FIL-KOMUNITÀ GĦAL XI RESTRIZZJONIJIET TA’ TQEGĦID FUQ IS-SUQ FIR-RIGWARD TA’ L-IMMARKAR JEW L-IPPAKKJAR TIEGĦU;

BILLI L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JAGĦMLU ARRANĠAMENTI ADDATTATI TA’ KONTROLL SABIEX TIĠI ŻGURATA L-KONFORMITÀ MATUL IT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ MAD-DISPOSIZZJONIJIET STABBILITI GĦALL-GĦALF KOMPOST;

BILLI, SABIEX TIĠI FAĊILITATA L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-MIŻURI INTENZJONATI U, B’MOD PARTIKOLARI, SABIEX JIĠU EMENDATI U SUPPLIMENTATI FEJN MEĦTIEĠ, GĦANDHA SSIR DISPOŻIZZJONI GĦAL PROĊDURA LI TISTABBILIXXI KOOPERAZZJONI MILL-QRIB BEJN L-ISTATI MEMBRI U L-KUMMISSJONI FIL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-GĦALF STABBILIT BID-DEĊŻJONI 70/372/KEE 4;

BILLI DIN ID-DIRETTIVA FIHA NUMRU TA’ DEROGI NAZZJONALI; BILLI HUWA GĦALHEKK MEĦTIEĠĠ LI TIĠI NKLUŻA DISPOŻIZZJONI BIEX UĦUD MINNHOM JIĠU RIVEDUTI F’PERJODU SPEĊFIKAT,

ADDOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-ARTIKOLU 1

1. DIN ID-DIRETTIVA GĦANDHA TAPPLIKA GĦALL-GĦALF KOMPOST IMQIEGĦED FUQ IS-SUQ FIL-KOMUNITÀ.

2. DIN ID-DIRETTIVA GĦANDHA TAPPLIKA MINGĦAJR PREĠUDIZZJU GĦAD-DISPOSIZZJONIJIET DWAR:

(A) GĦALF MHUX IMĦALLAT;

(B) ADDITTIVI WŻATI FL-GĦALF;

(Ċ) L-IFFISSAR TA’ LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA’ SUSTANZI MHUX MIXTIEQA U PRODOTTI FL-GĦALF;

(D) L-IFFISSAR TA’ LIVELLI MASSIMI PERMISSIBBLI TA’ FDALIJIET TA’ PESTIĊIDI FI JEW FUQ PRODOTTI MAĦSUBA GĦALL-KONSUM TAL-BNIEDEM JEW TA’ L-ANNIMAL ;

(E) L-ORGANIZZAZZJONI TAS-SWIEQ FI PRODOTTI AGRIKOLI.

L-ARTIKOLU 2

GĦALL-ISKOPIJIET TA' DIN ID-DIRETTIVA, IT-TIFSIRIET LI ĠEJJIN GĦANDHOM JAPPLIKAW:

(A) GĦALF: SUSTANZI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI, UŻATI WEĦIDHOM JEW F’TAĦLITIET, SEW JEKK IKUN FIHOM ADDITTIVI SEW JEKK LE, GĦAT-TMIGĦ TA’ L-ANNIMALI MILL-ĦALQ;

(B) GĦALF KOMPOST: SUSTANZI ORGANIĊI JEW INORGANIĊI F’TAĦLITIET, SEW JEKK IKUN FIHOM ADDITTIVI SEW JEKK LE, GĦAT-TMIGĦ TA’ L-ANNIMALI MIL-ĦALQ FIL-FORMA TA’ GĦALF KOMPLUT JEW GĦALF KOMPLIMENTARI;

(Ċ) RAZZJON TA’ KULJUM: IL-KWANTITÀ TOTALI MEDJA TA’ GĦALF, KALKOLATA FUQ IL-KONTENUT TA’ UMDITÀ TA’ 12 %, MEĦTIEĠA KULJUM MINN ANNIMAL JEW SPEĊI PARTIKOLARI, KATEGORIJA TA’ L-ETÀ U PRODUZZJONI, BIEX TISSODISFA L-ĦTIĠIJIET TIEGĦU;

(D) GĦALF SĦIĦ: TAĦLITIET TA’ L-GĦALF LI, MINĦABBA L-KOMPOŻIZZJONI TAGĦHOM, IKUNU BIŻŻEJJED BĦALA R-RAZZJON TA’ KULJUM;

(E) GĦALF KUMPLIMENTARI: TAĦLITIET TA’ GĦALF LI JKUN FIHOM KONTENUT GĦOLI TA’ ĊERTI SUSTANZI IŻDA LI, MINĦABBA L-KOMPOŻIZZJONI TAGĦHOM, IKUNU BIŻŻEJJED GĦAR-RAZZJON TA’ KULJUM BISS JEKK UŻATI FLMKIEN MA’ GĦALF IEĦOR;

(F) GĦALF MINERALI: GĦALF KOMPLIMENTARI KOMPOST FIL-BIĊĊA L-KBIRA MINN MINERALI U LI JKUN FIHOM TA’ L-ANQAS 40 % RMIED MHUX MAĦDUM; xxxxxx

(G) GĦALF MOLASSAT: GĦALF KOMPLIMENTARI MĦEJJI MINN GĦASEL ISWED U LI JKUN FIH TA’ L-ANQAS 14 % TOTAL TA’ ZOKKOR ESPRESS BĦALA SUKROSJU;

(H) ANNIMALI: ANNIMALI LI JKUNU TA’ SPE¬I NORMALMENT MIŻMUMA U MITMUGĦIN JEW LI JITTIEKLU MILL-BNIEDEM;

(I) ANNIMALI DOMESTIĊI: ANNIMALI LI JKUNU TA’ SPE¬JI NORMALMENT MITMUGĦA U MIŻMUMA, IŻDA MHUX BIEX JITTIEKLU, MILL-BNIEDEM, ĦLIEF ANNIMALI MKABBRA GĦALL-PIL.

L-ARTIKOLU 3

L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI L-GĦALF KOMPOST JISTA’ JITQIEGĦED FUQ IS-SUQ BISS JEKK IKUN SUSTANZJUŻ, MHUX IMĦALLAT U TA’ KWALITÀ LI JISTA’ JINBIEGĦ. GĦANDHOM JISTABBILIXXU WKOLL LI L-GĦALF KOMPOST MA’ JISTAX IKUN TA’ ĦSARA GĦAS-SAĦĦA TA’ L-ANNIMAL JEW TAL-BNIEDEM U MA JISTAX JIĠI PREŻENTAT JEW MQIEGĦED FUQ IS-SUQ B’MOD LI JISTA’ JQARRAQ.

L-ARTIKOLU 4

1. L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI L-GĦALF KOMPOST JISTA’ JITQIEGĦED FUQ IS-SUQ BISS F’PAKKETTI JEW F’KONTENITURI SSIĠILLATI. GĦANDHOM JISTABBILIXXU WKOLL LI L-PAKKETTI JEW IL-KONTENITURI GĦANDHOM IKUNU SSIĠILLATI B’TALI MOD LI, META L-PAKKETT JINFETAĦ, IS-SIĠILL JINKISER U MA JKUNX JISTA’ JERĠA JINTUŻA.

2. L-EĊĊEZZJINIJIET GĦALL-PRINĊIPJU TAL-PARAGRAFU 1 LI GĦANDHOM JIĠU AWTORIZZATI FUQ LIVELL TAL-KOMUNITÀ GĦANDHOM JIĠU ELENKATI SKOND IL-PROĊEDURA MNIŻŻLA FL-ARTIKOLU 13, SAKEMM L-IDENTITÀ U L-KWALITÀ TA’ L-GĦALF KOMPOST KONĊERNAT JIĠU ŻGURATI.

L-ARTIKOLU 5

1. L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI L-GĦALF KOMPOST JISTA’ JITQIEGĦED BISS FUQ IS-SUQ JEKK ID-DETTALJI ELENKATI HAWN TAĦT, LI GĦANDHOM IKUNU JIDHRU B’MOD ĊAR, LI JISTGĦU JINQRAW U LI MA JISTGĦUX JITĦASSRU U LI DWARHOM IL-PRODUTTUR, DAK LI JIPPAKKJAH, L-IMPORTATUR, IL-BEJJIEGĦ JEW ID-DISTRIBUTUR STABBILIT FIL-KOMUNITÀ GĦANDU JINŻAMM RESPONSABBLI, IKUNU MNIŻŻLA FUQ IL-PAKKETT JEW KONTENITUR JEW FUQ TIKKETTA MWAĦĦLA MAGĦHOM:

(A) ID-DESKRIZZJONI ' GĦALF KOMPOST ';

(B) L-ISPEĊI JEW IL-KATEGORIJA TA’ ANNIMALI LI GĦALIHA JKUN MAĦSUB L-GĦALF KOMPOST;

(Ċ) L-ISKOP LI GĦALIH HUWA MAĦSUB L-GĦALF;

(D) DIREZZJONIJIET GĦALL-UŻU JEKK DAN MA JKUNX ĊAR MID-DETTALJI LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA F’(B) JEW (Ċ);

(E) ID-DIKJARAZZJONIJIET ELENKATI FIS-SEZZJONI 5 TA’ L-ANNESS;

(F) L-ISEM JEW L-ISEM TAL-KUMMER¬ U L-INDIRIZZ JEW UFFI¬ĊJU REĠISTRAT TAL-PERSUNA RESPONSABBLI GĦAD-DETTALJI LI GĦALIHOM JIRREFERI DAN IL-PARAGRAFU;

(G) IL-PIŻ NETT; FIL-KAŻ TA’ PRODOTTI LIKWIDI, IL-VOLUM NETT JEW IL-PIŻ NETT.

FIL-KAŻ TA’ GĦALF KOMPOST MAGĦMUL MINN MHUX AKTAR MINN TLETT INGREDJENTI ID-DETTALJI LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA F’(B) U, META XIERAQ, F’(Ċ) U (D) M’GĦANDHOMX IKUNU MEĦTIEĠA JEKK L-INGREDJENTI WŻATI JIDHRU B’MOD ĊAR FID-DESKRIZZJONI.

2. L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI L-GĦALF KOMPOST IMQIEGĦED FUQ IS-SUQ F’TANKERS JEW VETTURI SIMILI JEW SKOND L-ARTIKOLU 4 (2) GĦANDU JKUN AKKUMPANJAT MINN DOKUMENT LI JKUN FIH ID-DETTALJI LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA FIL-PARAGRAFU 1. GĦALL-KWANTITAJIET ŻGĦAR TA’ GĦALF MAĦSUBA GĦALL-KONSUMATUR FINALI, DAWN ID-DETTALJI JISTGĦU JINĠIEBU GĦALL-ATTENZJONI TAX-XERREJ PERMEZZ TA’ AVVIŻ ADDATTAT.

3. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JISTABBILIXXU LI D-DETTALJI ELENKATI FIL-PARAGRAFU 1 (B) SA (E) U (G) JISTGĦU JINTWEREW BISS F’DOKUMENT LI JKUN HEMM MAGĦHOM.

4. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JEĦTIEĠU LI D-DETTALJI KOLLHA LI ĠEJJIN JEW XI WĦUD MINNHOM JIĠU NDIKATI:

(A) IT-TIP TA’ GĦALF KOMPOST, FEJN XIERAQ, MINNFLOK ID-DESKRIZZJONI ‘ GĦALF KOMPOST ‘;

(B) L-INGREDJENTI;

(Ċ) ID-DIKJARAZZJONIJIET LI GĦALIHOM JIPPROVDU S-SEZZJONIJIET 3, 4 U 6 TA’ L-ANNESS;

(D) ID-DATA TAL-MANUFATTURA;

(E) IL-PIŻ NETT META (ORIĠINARJAMENT) IPPAKKJAT MINNFLOK IL-PIŻ NETT IMNIŻŻEL FIL-1 (G) HAWN FUQ;

(F) IL-KONTENUT TA’ TRAB TAL-ĦALIB GĦAL TMIEGĦ WAQT IT-TREDDIEGĦ, U L-KONTENUT TA’ ĊEREALI FL-GĦALF KOMPOST; F’DAN IL-KAŻ ID-DETTALJI TA’ L-INGREDJENTI L-OĦRA KIF MEĦTIEĠA FL-ARTIKOLU 5 (7) M’GĦANDHOMX IKUNU MEĦTIEĠA.

5. L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI D-DETTALJI LI ĠEJJIN BISS JISTGĦU JITQIEGĦDU FUQ IL-PAKKETT, IL-KONTENITUR, IT-TIKKETTA JEW ID-DOKUMENT LI JKUN HEMM MA’ L-GĦALF KOMPOST, FLIMKIEN MAD-DETTALJI ELENKATI FIL-PARAGRAFU 1:

(A) IL-MARKA TA’ IDENTIFIKAZZJONI JEW IL-MARKA TAL-KUMMERĊ TAL-PERSUNA RESPONSABBLI GĦAD-DETTALJI LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA F’DAN IL-PARAGRAFU;

(B) IN-NUMRU TAL-LOTT;

(Ċ) ID-DATA FINALI GĦAŻ-ŻAMMA TAL-PRODOTT;

(D) IL-PAJJIŻ TA’ PRODUZZJONI JEW MANUFATTURA;

(E) IL-PREZZ TAL-PRODOTT;

(F) DIREZZJONIJIET GĦALL-UŻU, FEJN MHUX MEĦTIEĠA MILL-PARAGRAFU 1;

(G) ID-DIKJARAZZJONIJIET ELENKATI FIL-PUNT 7 TA’ L-ANNESS.

6. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JISTABBILIXXU LI D-DETTALJI LI ĠEJJIN BISS JISTGĦU JITQIEGĦDU WKOLL FUQ IL-PAKKETT, IL-KONTENITUR, IT-TIKKETTA JEW ID-DOKUMENT LI JKUN HEMM MA’ L-GĦALF KOMPOST, FLIMKIEN MAD-DETTALJI ELENKATI FIL-PARAGRAFU 1:

(A) L-ISEM JEW L-ISEM TAL-KUMMERĊ U L-INDIRIZZ JEW UFFIĊĊJU REĠISTRAT TAL-MANUFATTUR META DAN TA’ L-AĦĦAR MA JKUNX RESPONSABBLI GĦAD-DETTALJI TAT-TIKKETTA;

(B) L-ISEM KUMMERĊJALI TAL-PRODOTT;

(Ċ) L-INGREDJENTI;

(D) META XIERAQ, ID-DETTALJI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAD-DISPOSIZZJONIJIET TA’ L-ARTIKOLU 14 (A);

(E) ID-DATA TAL-MANIFATTURA;

(F) ID-DIKJARAZZJONIJIET ELENKATI FIL-PUNT 8 TA’ L-ANNESS.

7. META JINGĦATAW ID-DETTALJI TA’ L-INGREDJENTI, L-INGREDJENTI KOLLHA PREŻENTI GĦANDHOM JIĠU ELENKATI, JEW BILLI JINGĦATAW IL-KWANTITAJIET KOLLHA TA’ KULL INGREDJENT JEW B’ORDNI MILL-KBIR GĦAŻ-ŻGĦIR TAL-PROPORZJON TAGĦHOM FL-GĦALF KOMPOST. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JISTABBILIXXU L-UŻU TA’ XI WAĦDA MINN DAWN IŻ-ŻEWĠ FOROM TA’ INDIKAZZJONI, IŻDA MHUX IT-TNEJN. META EBDA MIŻURI MA JKUNU ĠEW ADDOTTATI SKOND L-ARTIKOLU 10 (B), L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JGĦAQQDU XI INGREDJENTI FLIMKIEN SKOND IL-KATEGORIJA JEW IŻOMMU L-KATEGORIJI EŻISTENTI U JIPPERMETTU LI D-DETTALJI TA’ L-INGREDJENTI JIĠU MIBDULA B’DAWK LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAL-KATEGORIJI.

8. KULL TAGĦRIF IEĦOR LI JIDHER FUQ L-IPPAKKJAR, IL-KONTENITURI, IT-TIKKETTI JEW ID-DOKUMENTI LI JKUN HEMM MAGĦHOM GĦANDHOM JINTWEREW B’MOD SEPARAT MID-DETTALJI LI GĦALIHOM JIRRFERU L-PARAGRAFI 1 SA 7.

L-ARTIKOLU 6

L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JISTABBILIXXU LI D-DISPOSIZZJONIJIET STABBILITI FIL-PUNTI 1, 2, 9.1 U 9.2 TA’ L-ANNESS GĦANDHOM JGĦODDU GĦAT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ TA’ GĦALF KOMPOST.

L-ARTIKOLU 7

L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JISTABBILIXXU LI L-PRO¬EDURI STABBILITA FIL-PUNTI 3, 4, U 9.3 TA’ L-ANNESS GĦANDHOM JGĦODDU GĦAT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ TA’ GĦALF KOMPOST. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU WKOLL JIFFISSAW IT-TOLLERANZI RELEVANTI FIL-KAŻIJIET LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA FIL-PUNT 9.3 TA’ L-ANNESS U GĦALL-KOSTITWENTI ANALITIĊI ĦLIEF GĦAL DAWK LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA FIHOM.

L-ARTIKOLU 8

SAFEJN L-LIĠIJIET NAZZJONALI TAGħHOM JISTABBILIXXU HEKK FIŻ-ŻMIEN TA’ L-ADOZZJONI TA’ DIN ID-DIRETTIVA, L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM IKUNU AWTORIZZATI LI JILLIMITAW IT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ TA’ GĦALF KOMPOST GĦAL DAK:

- MIKSUB MINN ĊERTI INGREDJENTI, JEW

- ĦIELES MINN ĊERTI INGREDJENTI.

L-ARTIKOLU 9

L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JIŻGURAW LI L-GĦALF KOMPOST MA JKUNX SUĠĠETT, GĦAL RAĠUNIJIET LI JIRRIGWARDAW ID-DISPOSIZZJONIJIET INKLUŻI F’DIN ID-DIRETTIVA, GĦAL RESTRIZZJONIJIET TA’ TQEGĦID FUQ IS-SUQ ĦLIEF GĦAL DAWK LI GĦALIHOM TIPPROVDI DIN ID-DIRETTIVA.

L-ARTIKOLU 10

SKOND IL-PROĊEDURA STABBILITA FL-ARTIKOLU 13 U FID-DAWL TA’ L-AVVANZI FL-GĦERF XJENTIFIKU U TEKNIKU:

(A) L-EMENDI MEĦTIEĠA FL-ANNESS GĦANDHOM JIĠU ADDOTTATI;

(B) IL-KATEGORIJI GĦALL-AGGRUPPAMENT TA’ INGREDJENTI GĦALL-ISKOP TAD-DIKJARAZZJONIJIET SKOND L-ARTIKOLU 5 (4) U (6) JISTGĦU JIĠU STABBILITI;

(Ċ) IL-METODI GĦALL-KALKOLU TAL-VALUR TA’ ENERĠIJA FL-GĦALF KOMPOST JISTGĦU JIĠU STABBILITI.

L-ARTIKOLU 11

GĦALL-ISKOPIJIET TA’ KUMMERĊ BEJN L-ISTATI MEMBRI, ID-DETTALJI LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA FL-ARTIKOLU 5 (1) SA (7) GĦANDHOM JITNIŻŻLU BIL-MIKTUB TA’ L-ANQAS F’WIEĦED MILL-ILSNA NAZZJONALI JEW UFFI¬JALI TAL-PAJJIŻ TA’ DESTINAZZJONI.

L-ARTIKOLU 12

L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM JAGĦMLU L-ARRANĠAMENTI KOLLHA MEĦTIEĠA GĦAL SPEZZJONI UFFIĊJALI MATUL IT-TQEGĦID FUQ IS-SUQ, TA’ L-ANQAS BILLI JITTIEĦDU KAMPJUNI, BIEX TIĠI ŻGURATA KONFORMITÀ MAR-REKWIŻITI TA’ DIN ID-DIRETTIVA.

L-ARTIKOLU 13

1. META L-PRO¬EDURA MNIŻŻLA F’DAN L-ARTIKOLU TRID TIĠI SEGWITA, IL-KWISTJONI GĦANDHA TIĠI RIFERITA MINGĦAJR DEWMIEN LILL-KUMITAT PERMANENTI DWAR L-GĦALF, HAWNHEKK IŻJED ‘IL QUDDIEM IMSEJJAĦ ' IL-KUMITAT ', MILL-PRESIDENT TIEGĦU, JEW FUQ L-INIZJATTIVA TIEGĦU STESS JEW FUQ IT-TALBA TA’ XI STAT MEMBRU.

2. IL-VOTI TA’ L-ISTATI MEMBRI FI ĦDAN IL-KUMITAT GĦANDHOM JIġU MWIEżNA SKOND KIF STABBILIT MILL-ARTIKOLU 148 (2) TAT-TRATTAT. IL-PRESIDENT M’GĦANDUX JIVVOTA.

3. IR-RAPPREŻENTANT TAL-KUMMISJONI GĦANDU JIBGĦAT ABBOZZ TAL-MIŻURI LI GĦANDHOM JIĠU ADDOTTATI. IL-KUMITAT GĦANDU JAGĦTI L-OPINJONI TIEGĦU DWAR DAWK IL-MIŻURI F’LIMITU TA’ ŻMIEN LI L-PRESIDENT JISTA’ JIFFISSA WARA LI JKUN IKKUNSIDRA L-URĠENZA TAL-KWISTJONI MIBGĦUTA GĦALL-EŻAMI. OPINJONI GĦANDHA TIĠBOR TA’ L-ANQAS 41 VOT FAVUR QABEL MA TINGĦATA.

4. IL-KUMMISSJONI GĦANDHA TADDOTTA L-MIŻURI U TIMPLIMENTHOM MINNUFIH META DAWN IKUNU JAQBLU MA’ L-OPINJONI TAL-KUMITAT. META DAWN MA JKUNUX SKOND L-OPINJONI TAL-KUMITAT, JEW JEKK EBDA OPINJONI MA TINGĦATA, IL-KUMMISSJONI GĦANDHA TISSOTTOMETTI MINNUFIH PROPOSTA LILL-KUNSILL DWAR IL-MIŻURI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU. IL-KUNSILL GĦANDU JADDOTTA l-MIŻURI B’MAĠĠORANZA KWALIFIKATA.

5. JEKK IL-KUNSILL MA JKUNX ADDOTTA XI MIŻURI FI ŻMIEN TLETT XHUR MINN META JIRĊIEVI L-PROPOSTA, IL-KUMMISSJONI GĦANDHA TADDOTTA L-MIŻURI PROPOSTI U TIMPLIMENTHOM MINNUFIH ĦLIEF META L-KUNSILL IKUN IVVOTA B’MAĠĠORANZA SEMPLI¬I KONTRA DAWK IL-MIŻURI.

L-ARTIKOLU 14

DIN ID-DIRETTIVA M’GĦANDHIEX TEFFETTWA D-DRITT TA’ L-ISTATI MEMBRI:

(A) LI JIRRAKKOMANDAW IT-TIPI TA’ GĦALF KOMPOST LI JKUN IĦARES ĊERTI KARATTERISTIĊI ANALITIĊI;

(B) LI JOQOGĦDU LURA MILLI JAPPLIKAW ID-DISPOSIZZJONIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA GĦAL GĦALF KOMPOST LI FIR-RIGWARD TIEGħU JIĠI PPUVAT TA’ L-ANQAS B’XI MARKA XIERQA LI HUWA MAĦSUB GĦALL-ESPORTAZZJONI LEJN PAJJIŻI TERZI;

(Ċ) LI JONQSU MILL-JAPPLIKAW ID-DISPOSIZZJONIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA FIR-RIGWARD TA’ GĦALF KOMPOST META XI TIKKETTA SPEĊJALI TA’ IMMARKAR TAGĦTI XHIEDA LI JKUN MAĦSUB GĦAL ANNIMALI MIŻMUMA GĦAL SKOPIJIET XJENTIFIĊI JEW ESPERIMENTALI.

L-ARTIKOLU 15

SA MHUX AKTAR TARN MINN TLETT SNIN MIN-NOTIFIKA TA’ DIN ID-DIRETTIVA, IL-KUMMISSJONI GĦANDHA, FUQ IL-BAŻI TA’ L-ESPERJENZA MIKSUBA, TIBGĦAT LILL-KUNSILL PROPOSTI GĦAL EMENDI FID-DIRETTIVA SABIEX JINKISEB MOVIMENT ĦIELES TA’ GĦALF KOMPOST U BIEX JIĠU ELIMINATI ĊERTI DISKREPANZI LI JIRRIGWARDAW L-UŻU TA’ INGREDJENTI U B’MOD PARTIKOLARI L-ITTIKKETTJAR. IL-KUNSILL GĦANDU JAĠIXXI FUQ DAWN IL-PROPOSTI SA MHUX AKTAR TARD MINN ĦAMES SNIN LI JIĠU WARA N-NOTIFIKA TA’ DIN ID-DIRETTIVA.

L-ARTIKOLU 16

L-ISTATI MEMBRI GĦANDHOM IDAĦĦLU FIS-SEĦĦ FL-1 TA’ JANNAR 1981, IL-LIĠIJIET, IR-REGOLAMENTI U D-DISPOSIZZJONIJIET AMMINISTRATTIVI MEĦTIEĠA BIEX IKUN HEMM KONFORMITÀ MA’ DIN ID-DIRETTIVA U GĦANDHOM MINNUFIH JAVŻAW LILL-KUMMISSJONI DWAR DAN.

L-ARTIKOLU 17

DIN ID-DIRETTIVA HIJA INDIRIZZATA LILL-ISTATI MEMBRI.

MAGĦMULA FIL-LUSSEMBURGU, IT-2 TA’ APRIL 1979.

GĦALL-KUNSILL

IL-PRESIDENT

J. FRANCOIS-PONCET



L-ANNESS

1. IL-LIVELLI NDIKATI JEW LI GĦANDHOM JIĠU DIKJARATI GĦANDHOM X’JAQSMU MAL-PIŻ TA’ L-GĦALF KOMPOST BĦALA TALI, SAKEMM MA JKUNX DIKJARAT MOD IEĦOR.

2. IL-KONTENUT TA’ UMDITÀ M’GĦANDUX JEĊĊEDI S-7 % F’GĦALF GĦAL WAQT IT-TREDDIEGĦ U GĦALF IEĦOR KOMPOST B’KONTENUT TA’ PRODOTTI TAL-ĦALIB LI JAQBEŻ L-40 %.

3. IL-KONTENUT TA’ UMDITÀ M’GĦANDUX JEĊĊEDI:

- F’GĦALF MINERALI LI MA JKUN FIH EBDA SUSTANZI ORGANIĊI: 5.0 %,

- F’GĦALF MINERALI LI JKUN FIH SUSTANZI ORGANIĊI: 10.0 %;

- FL-GĦALF KOMPOST L-IEĦOR KOLLU ĦLIEF:

- QAMĦ SĦIĦ,

- GĦALF TAL-MOLASSI,

- GĦALF KOMPOST NOFSU XOTT, NIEDI U LIKWIDU, B’DAN ILLI L-LIVELL TAL-KONTENUT TA’ L-UMDITÀ JISTA’ JINQABEŻ META JKUNU NTUŻAW PREŻERVATTIVI U SAKEMM IL-KONTENUT TA’ L-UMDITÀ U L-ĦAJJA TA’ L-GĦALF JIĠU DIKJARATI: 14.0 %. 4. L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU, MINGĦAJR PREĠUDIZZJU GĦALL-ARTIKOLU 3, JISTABBILIXXU LI L-LIVELL TA’ RMIED LI MA JINĦALLX F’AĊIDU IDROKLORIKU MA JKUNX AKTAR MINN 3.3 % TAL-MATERJAL NIEXEF FIL-KAŻ TA’ GĦALF KOMPOST MAGĦMUL PRINĊIPALMENT MINN PRODOTTI SEKONDARJI TAR-ROSS, U 2.2 % TAL-MATERJAL NIEXEF FIL-KAŻIJIET L-OĦRAJN.

MADANAKOLLU, DAN IL-LIVELL JISTA’ JINQABEŻ FIL-KAŻ TA’:

- GĦALF KOMPOST LI JKUN FIH AĠENTI MINERALI AWTORIZZATI LI JGĦAQQDU,

- GĦAL KOMPOST MINERALI, U

- GĦALF KOMPOST LI JKUN FIH AKTAR MINN 50 % BĊEJJEĊ JEW POLPA TAL-PITRAVI,

SAKEMM IL-LIVELL JIĠI DIKJARAT BĦALA PERĊENTWALI TA’ L-GĦALF BĦALA TALI JEKK IKUN JAQBEŻ IT-3.3 % TAL-MATERJAL NIEXEF.

5. DIKJARAZZJONIJIET SKOND L-ARTIKOLU 5 (1):

5.1. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF KOMPOST, BL-EĊĊEZZJONI TA’ TAĦLITIET TA’ QAMĦ SĦIĦ, L-GĦALF KOMPOST ELENKAT FIL-5.2 U L-5.3 U GĦALF KOMPOST GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI ĦLIEF KLIEB U QTATES:

- PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- IRMIED MHUX MAĦDUM.

5.2. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF MINERALI

- IRMIED MHUX MAĦDUM.

- KALĊJU,

- FOSFRU,

- SODJU.

5.3. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF TAL-MOLASSI:

- FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- TOTAL TA’ ZOKKOR ESPRESS BĦALA SUKROSJU.

6. DIKJARAZZJONIJIET SKOND L-ARTIKOLU 5 (4):

6.1. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI U KRITERJI TA’ GĦALF KOMPOST, BL-EĊĊEZZJONI TA’ TAĦLITIET TA’ QAMĦ SĦIĦ, L-GĦALF KOMPOST ELENKAT FIS-6.2, IS-6.3 U S-6.4 U GĦALF KOMPOST GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI MINNBARRA DAWK ELENKATI FIS-6.4:

- PROTEINI LI JINĦALLU,

- UMDITÀ,

- LAMTU,

- TOTAL TA’ ZOKKOR ESPRESS BĦALA SUKROSJU.

- KALĊJU,

- MANJESJU,

- SODJU.


- FOSFRU,

- CYSTINE,

- LYSINE, BISS GĦALL-MAJJALI, TJUR U ANNIMALI LI JIXTARRU QABEL MA JIXTARRU

- METHIONINE,

- VALUR TA’ L-ENERĠIJA KALKOLAT SKOND METODU RIKONOXXUT UFFIĊJALMENT.

6.2. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF MINERALI:

- PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- PROTEINI LI JINĦALLU,

- ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- MANJESJU,

- UMDITÀ,

- LYSINE (GĦALL-MAJJALI BISS).

6.3. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF TAL-MOLASSI:

- PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- PROTEINI LI JINĦALLU,

- ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- IRMIED MHUX MAĦDUM.

- UMDITÀ.

6.4. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF GĦALL-KLIEB U L-QTATES:

- UMDITÀ.

7. DIKJARAZZJONIJIET SKOND L-ARTIKOLU 5 (5):

7.1. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF KOMPOST GĦALL-KLIEB U L-QTATES:

- KALĊJU,

- SODJU.

- FOSFRU,

- UMDITÀ.

7.2. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF KOMPOST GĦALL-ANNIMALI DOMESTIĊI ĦLIEF KLIEB U QTATES:

- UMDITÀ,

- PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- IRMIED MHUX MAĦDUM.

- KALĊJU,

- SODJU.

- FOSFRU,

8. DIKJARAZZJONIJIET SKOND L-ARTIKOLU 5 (6):

8.1. KONTENUT FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI U KRITERJI GĦALL-GĦALF KOMPOST, BL-EĊĊEZZJONI TA’ GĦALF KOMPOST GĦAL ANNIMALI DOMESTIĊI U GĦALF KOMPOST ELENKAT FIT-8.2:

- UMDITÀ,

- LAMTU,

- TOTAL TA’ ZOKKOR ESPRESS BĦALA SUKROSJU.

- PROTEINI LI JINĦALLU,

- KALĊJU,

- MANJESJU,

- SODJU.

- FOSFRU,

- CYSTINE,

- LYSINE, BISS GĦALL-MAJJALI, TJUR U ANNIMALI LI JIXTARRU QABEL MA JIXTARRU

- METHIONINE,

- VALUR TA’ L-ENERĠIJA KALKOLAT SKOND METODU RIKONOXXUT UFFIĊJALMENT.

8.2. KONTENUTI FIR-RIGWARD TA’ KOSTITWENTI ANALITIĊI TA’ GĦALF MINERALI:

- PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- PROTEINI LI JINĦALLU,

- ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- MANJESJU,

9. META, FUQ SPEZZJONI UFFIĊJALI SKOND L-ARTIKOLU 12, IL-KOMPOŻIZZJONI TA’ GĦALF KOMPOST TINSTAB LI MA TKUNX SKOND IL-KONTENUT DIKJARAT, IT-TOLLERANZI MINIMI LI ĠEJJIN GĦANDHOM IKUNU PERMESSI, BLA ĦSARA GĦALL-ARTIKOLU 3:

9.1. META L-KONTENUT REKORDJAT IKUN ANQAS MILL-KONTENUT DIKJARAT:

9.1.0. - PROTEINI MHUX MAĦDUMA,

- 1.8 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 30 % JEW AKTAR,

- 6 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 30% IŻDA MHUX ANQAS MINN 15 %,

- 0.9 UNITAJIET GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-15 %.

9.1.1. - PROTEINI LI JINĦALLU,

- 2.5 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 25 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 25 % IŻDA MHUX ANQAS MINN 15 %,

- 1.5 UNITAJIET GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-15 %.

9.1.2. ZOKKOR TOTAL:

- 2 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 20 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 20 % IŻDA MHUX ANQAS MINN 10 %,

- UNITÀ 1 GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-10 %.

9.1.3. - LAMTU,

- 2.5 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 25 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 25 % IŻDA MHUX ANQAS MINN 10 %,

- UNITÀ 1 GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-10 %.

9.1.4. - ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA,

- 1.5 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 15 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 30% IŻDA MHUX ANQAS MINN 15 %,

- 0.8 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-8 %.

9.1.5. FOSFRU, KALĊJU, MANJESJU, SODJU TOTALI:

- 1.5 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 15 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 30% IŻDA MHUX ANQAS MINN 1 %,

- 0.1 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-1 %.

9.1.6. METHIONINE, LYSINE U CYSTINE:

- 15 % TAL-KONTENUT DIKJARAT.

9.2. META L-KONTENUT REKORDJAT IKUN AKTAR MILL-KONTENUT DIKJARAT:

9.2.1. - UMDITÀ,

- UNITÀ 1 GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 10 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 10 % IŻDA MHUX ANQAS MINN 2 %,

- 0.2 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN-2 %.

9.2.2. - IRMIED MHUX MAĦDUM.

- UNITÀ 1 GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 10 % JEW AKTAR,

-10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 10 % IŻDA MHUX ANQAS MINN 5 %,

- 0.5 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 5 %.

9.2.3. - FIBRA MHUX MAĦDUMA,

- 1.2 UNITAJIET GĦAL KONTENUT DIKJARAT TA’ 8 % JEW AKTAR,

-15 % TAL-KONTENUT DIKJARAT GĦALL-KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 8%, IŻDA MHUX ANQAS MINN 4 %,

- 0.6 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 4 %.

9.2.4. IRMIED LI MA JDUBX F’AĊIDU IDROKLORIKU:

- 10 % TAL-KONTENUT DIKJARAT TA’ KONTENUTI DIKJARATI TA’ 3% JEW AKTAR,

- 0.3 UNITÀ GĦAL KONTENUTI DIKJARATI TA’ ANQAS MINN 3 %.

9.3. META L-VARJAZZJONI NNUTATA TKUN FID-DIREZZJONI OPPOSTA GĦAL DAWK LI GĦALIHOM ISSIR REFERENZA FID-9.1 U D-9.2 RISPETTIVAMENT:

9.3.1. - PROTEINI MHUX MAĦDUMA, ŻJUT U XAĦMIJIET MHUX MAĦDUMA, TOTAL TA’ ZOKKOR, LAMTU: IT-TOLLERANZA TKUN ID-DOPPJU TA’ DIK PERMESSA GĦAL DAWN IS-SUSTANZI FID-9.1,



FOSFRU, KALĊJU, MANJESJU, SODJU, IRMIED MHUX MAĦDUM FIBRA MHUX MAĦDUMA: IT-TOLLERANZA TKUN IT-TRIPPLU TA’ DIK PERMESSA GĦAL DAWN IS-SUSTANZI FID-9.1 U FID-9.2.



1 ĠU Nru C 34, 14.4.1971, p. 8

2 ĠU Nru C 10, 5.2.1972, p. 35

3 ĠU Nru C 4, 20. 1. 1972, p. 3

4 ĠU Nru L 170, 3.8.1970, p.1


Download 126.61 Kb.




Download 126.61 Kb.

Bosh sahifa
Aloqalar

    Bosh sahifa



Id-direttiva tal-kunsill tat-2 ta’ april 1979 DWAR IL-MARKETING ta’ GĦalf kompost

Download 126.61 Kb.